In-negozjati biex jintlaħaq ftehim finali għas-summit dwar il-klima li qed isir f’Pariġi mistenni jiġu fi tmiemhom għada s-Sibt, jum aktar tard milli kien mistenni.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ Franza, Laurent Fabius, qal li l-affarijiet mexjin fid-direzzjoni t-tajba.
Fost dawk l-affarijiet li għadhom iridu jiġu risolti hija l-kwistjoni tal-kumpens għal dawk il-pajjiżi li l-aktar li kienu affetwati bit-tibdil fil-klima.
Il-ftehim li se jiġi ffirmat f’Pariġi jiġi fis-seħħ fl-2020.
Hu mifhum li l-ftehim li se jintlaħaq mistenni jippreżenta proposti fit-tul biex tiġi indirizzata din il-problema.