Il-Front Favur il-Mina jilqa’ l-iżviluppi dwar aktar aċċessibilità bejn Malta u Għawdex u jappella biex l-awtoritajiet jaħdmu għal dan l-istess għan.
F’laqgħa li kellu dalgħodu mal-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, il-Front ressaq il-proposti tiegħu dwar mina li tgħaqqad il-Għawdex ma' Malta.
Fil-laqgħa ġew diskussi diversi punti fosthom it-Three Stage System għal aktar aċċessibilità.
Waqt il-preżentazzjoni tat-Three Stage System il-Ministru rrefera lill-Front għat-tieni punt fejn qed nipproponu li fiż-żmien li ġej jiġi introdott il-fast ferry service.
Il-Ministru qal li qed issir ħidma mill-Ministeru biex joħroġ public service obligation biex jibda jopera l-fast ferry minn u lejn Għawdex. Dan sabiex fl-inqas ħin possibli, l-Għawdxin ikunu jistgħu jaqsmu lejn ċ-ċentru ta’ Malta. Bil-PSO eżistenti, il-Gozo Channel ma tistax toffri dan is-servizz.