Il-Knisja tgħid li d-dehriet ta' Angelik 'mhux ġejjin minn Alla'

L-Isqof jordna biex ma ssirx promozzjoni tal-post u l-allegati dehriet

Il-Knisja kkonkludiet l-istħarriġ dwar l-allegati dehriet, messaġġi u fenomeni mistiċi marbuta ma' Anġelik Caruana f'Borġ in-Nadurm kif ukoll fir-residenza privata ta' Anġelik. Fi stqarrija, il-Kurja qalet li dawn l-allegati fenomeni, "mhumiex ġejjin minn Alla u għalhekk, m'għandhomx oriġini sopranaturali."

Inħareġ ukoll dikriet dwar dan fejn l-isqof ordna "lill-Presbiteri, lir-Reliġjużi Rġiel u Nisa, lill-Katekisti u lill-Insara Fidili kollha biex ma jippromovux, bl-ebda mod, l-imsemmija allegati dehriet, allegati messaġġi, u allegati fenomeni mistiċi oħrajn."

Il-Kurja kompliet tgħid li fl-istħarriġ ġew ikkonsultati esperti fl-oqsma tax-xjenzi u t-teoloġija, waqt li nstemgħu diversi xhieda inkluż l-istess Anġelik.

L-istħarriġ kien ġie ordnat snin ilu mill-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona.

More in Socjali