Il-MEPA tapprova l-permess għal tibdil fil-Mużew ta' San Ġwann
Dan ifisser li d-29 arazz tal-kattidral jkunu jistgħu jitgawdew f'sala waħda
More in Socjali
Dan ifisser li d-29 arazz tal-kattidral jkunu jistgħu jitgawdew f'sala waħda
Il-Bord tal-MEPA illum wara nofsinhar approva l-permess għat-tibdil sostanzjali fil-Mużew tal-Kon Kattidral ta` San Ġwann li fost affarijiet oħra jfisser li se ssir sala biex id-29 arazz tal-Kattidral jkunu jistgħu jitgawdew f`sala waħda. Dawn l-arazzi li huma uniċi fid-dinja, illhom ma jitwaħħlu fil-katidral miż-żjara tal-Papa Gwanni Pawlu II, jiġifieri 26 sena ilu mill-1990.
Il-proġett, li se jkun l-akbar proġett li qed isir fil-Belt Valletta f`ħafna snin, se jara mhux biss spazju għall-arazzi imma wkoll se jkun hemm spazju għall-Kappella Ardente li wkoll hija unika fid-dinja, se jkun hemm wirja ta` fided u ħwejjeġ oħra li huma magħluqa fis-'safe' tal-kattidral, se ssir wirja dwar Caravaggio u se jintewerew ħafna aktar mill-ħwejjeġ ekklesjastiċi li għandu l-Katidral u li illum huma magħluqa fi kxaxen.
Il-proġett tressaq mill-periti tal-Fundazzjoni tal-Kon Kattidral ta` San Gwann [bi sħab bejn il-Gvern u l-Knisja], AP Projects, u l-Kuratriċi ta` San Gwann, Cynthia Degiorgio. Ghan-nom tal-Kattidral tkelmu wkoll Dr Ray Bondin u Wilfred Buttigieg, it-tnejn membri tal-Kunsill tal-Katidral f`isem il-Gvern. Kien hemm diskussjoni fit-tul u mhux il-membri kollha tal-Bord kienu favorevoli.
Tressqu ilmenti wkoll mill-pubbliku u b mod partikolari minn Astrid Vella ta' Flimkien ghall-Ambjent Ahjar. Hi sostnient li hemm spazju ieħor li jista` jintuza biex jitkabbar il-Mużew. Dr Ray Bondin ghan-nom tal-Fundazzjoni spjega li ilhom jsiru studju dwar dan u ma hemmx dubbji li ma hemm imkien fejn jistghu jitnwerew flimkien id-29 arazz li jagħmlu dan it-teżor li hu uniku fid-dinja u li wasal Malta fl-1704. Il-proġett qed isir bil-barka tal-UNESCO li bagħtu espert biex jara b`għajnejh x`se jsir. L-espert qabel li bil-fors li trid issir din is-sala kbira ġdida biex jintwerew flimkien. Dr Bondin spjega li ma hemmx dubbju li dan huwa l-uniku mod kif jistghu jintwerew it-teżori kollha tal-Kon Kattidral. Huwa fakkar wkoll li llum it-turisti li jiġu s-sibt wara nofsinhar u l-Ħadd ma jistgħux iżuru l-Mużew fejn hemm fost oħrajn l-akbar pittura ta Caravaggio u b'dan il-proġett it-turisti jistgħu jidħlu kuljum.
Il-Bord tal-MEPA approva l-progett wara vot.