Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta diżappuntat bit-trasport pubbliku

Minflok kull nofs siegħa, is-servizz bin-numru 133 qed topera kull siegħa

Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta is-servizz bin-numru 133 wera d-diżappunt u d-dispjaċir bis-sistema preżenti tat-transport pubbliku fid-dawra u fit-toroq prinċipali tal-Belt.

 

Dan is-servizz bin-numru 133 li kien jaqdi lil-pubbliku kull nofs siegha b'servizz lejn terminus prinċipali kif ukoll lejn iċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Furjana, issa qed jopera kull siegħa.

 

Il-kunsill ilmenta wkoll għall-fatt li dan is-servizz m'għadux jidħol fi-toroq prinċipali, iżda jdur biss mad-dawra tal-Belt. Huma lmentaw ukoll li dan qed jieqaf kmieni, minflok kif kien sa ftit tal-gimgħat ilu.

 

Il-Kunsill qal fi stqarrija li qed jirċievi lmenti dwar inkonsistenza fil-ħinijiet kif ukoll in-nuqqas ta' stages adekwati. Dan qed iwassal għal tbatija u inkonvenjenza lill-komunità Beltija, speċjalment dik anzjana u dawk bi bżonnijiet speċjali, li qed isibu diffikultà biex jaslu kemm fiċ-ċentru tas-Saħħa, kif ukoll fit-terminus prinċipali fid-daħla tal-Belt.

 

Il-Kunsill qal li ilu xhur sħaħ jipprova jwassal dawn l-ilmenti lill-awtoritajiet responsabbli mingħajr ma’ jieħu tweġiba pożittiva.

 

Dan l-ilment jingħaqad ma’ ħafna lmenti oħra dwar is-sistema preżenti tat-trasport pubbliku. Fis-17 ta’ Jannar din il-gazzetta ppublikat diversi ilmenti tal-pubbliku li juża s-sistema tat-trasport pubbliku li qed isibu pandemonju totali fis-servizz. 

More in Socjali