Sorijiet ikabbru u jbigħu l-marijuana b’missjoni li jfejqu lid-dinja
Jużaw il-cannabinoids biex jikkreaw prodotti li jfejqu l-uġigħ
minn John Busuttil

Żewġ sorijiet li jkabbru u jbigħu l-Marijuana mid-dar tagħhom f’Kalifornja qed jittamaw li l-uffiċjali tal-belt ma jgħalquhomx.

Sister Kate u Sister Darcy li jgħixu f’Merced, Kalifornja jipproduċu l-kannabis mill-garaxx ta’ fejn jgħixu. Huma jużaw il-canabbinoids li wieħed isibha fil-pjanta biex jikkreaw varjetà ta’ prodotti biex itaffu l-uġigħ u qed ibigħuhom ‘online’.

Dawn il-prodotti ma jtellgħux lil min jixtrihom ‘high’ bħal fil-każ ta’ min ipejjep il-Marijuana, iżda xorta skont il-liġi tal-belt, hemm liġijiet ġodda li residenti 'ma jistgħux ikabbru d-droga fil-proprjetà tagħhom'.

Dan in-negozju bdewh sitt xhur ilu u dan it-trattament tas-sorijiet qed isir ferm popolari tant li l-prodotti qed jinbiegħu kollha fuq il-paġna tagħhom ta' ETSY. Huma jipproduċu ingwent, mistura u bħala odju li bih jittaffa l-uġigħ.

Is-sorijiet qed jiġġieldu mal-Kunsill tal-belt li jwaqqafhom milli jkomplu jkabbru l-marijuana biex tintuża bħala mediċinali. Fil-fatt, marru madwar 200 persuna jipprotestaw mal-Kunsill biex iħallu lis-sorijiet jagħmlu din id-duwa kontra l-uġigħ u ma jwaqqfuhomx. Is-sindku qal li l-leġislatura ta’ marijuana li tfejjaq ilha hemm 19-il sena iżda għad iridu jistudjaw dawn il-każi eżatt. Sister Kate fil-fatt, hi omm ta’ tliet ulied u qalu li għalkemm jilbsu bħala sorijiet Kattoliċi huma sorijiet tar-reliġjon New Age. Fil-fatt fuq il-website tagħhom huma kitbu li jissejħu The Sisters of the Valley, li ma huma affiljati mal-ebda reliġjon tad-dinja. Iżda l-prattika spiritwali tagħhom tissaportja l-proċess li tagħmel il-mediċina. “Aħna attivisti li għandna missjoni li nfejqu lid-dinja,” qalu.


