Madwar 300 nagħġa proprjetá tar-raħħal Gianni Attard, dalgħodu twaqqfu milli jittieħdu f'biċċerija f'Għawdex biex jinqatlu, hekk kif il-Qorti ħarġet ordni sabiex dan il-qtil ma jsirx.
Ħaddiema tas-servizzi veterinarji, dalgħodu marru fir-razzett ta' Attard sabiex jieħdu dawn in-nagħaġ għall-qatla, u fil-fatt ġew mgħobbija fuq vannijiet biex jittieħdu għal biċċerija. Dan qabel mal-Qorti intervjeniet u waqqfet dan, minħabba li r-raħħal, ilbieraħ ippreżenta rikors b'urpenza fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili biex iwaqqaf dan il-qtil.
In-nagħaġ ta' Attard kienu ilhom fin-nofs ta' kontroversja sa mill-2012 minħabba li dawn ma kinux reġistrati.
Meta bdew jeħdulu n-nagħaġ, Attard beda jinstema' jgħajjat "Bdew joqtluli n-nagħaġ, bdew joqtluli n-nagħaġ."