Ilbieraħ, il-MEPA approvat permess sabiex jinbena parkeġġ taħt l-art f'Paceville minflok il-parkeġġ illegali li ilu għal diversi snin jopera biswit il-lukanda Westin.
Dan il-parkeġġ, li bħalissa jinsab fi stat ta' abbandun mistenni jiġi traspormat f'parkeġġ taħt l-art, li għandu jakkomoda 120 karozza fuq żewġ sulari. Dan l-istess parkeġġ se jkollu wkoll ġnien pubbliku fuqu.
Ilparkeġġ għandu jkun aċċessibbli mill-istess lukanda, Westin Dragonara Resort.
Minbarra dan, mad-dawra tal-istess ġnien, se titħalla żona pavimentata sabiex il-pubbliku jkun jista' jibqa' jara u japprea l-kosta tal-madwar.
Fl-istess laqgħa tal-MEPA, ġie approvat il-permess għal 30 blokka ġdida ta' akkomodazzjoni fil-Mellieħa Holiday Centre, magħruf iktar bħala 'Danish Village'.