Kameras tas-sigurtà fis-subways u żoni ta' abbuż

Tiġi żgurata iktar sigurtà u min jabbuża, jista' jiġi identifikat

Il-kameras installati fis-subways
Il-kameras installati fis-subways

Sabiex jinqata' l-abbuż li s-subways jiġu użati bħala latrini, u ane fit-tentattiv biex dawn isiru iktar siguri, ġew installati numru ta' kameras tas-sigurtà,

Dan bil-għan li min jabbuża, jkun jista' jiġi identifikat. Bħalissa, is-subways qed jiġu maħsula ħames darbiet fil-ġimgħa biex tiġi żgurata l-indafa f'dawn il-postijiet iżda xorta waħda jkun hemm persuni li jabbużaw minn dawn il-postijiet u jħammġu fihom.

Bl-installazzjoni ta' dawn il-kameras, il-pubbliku għandu jħossu iktar sigur li juża lilhom bħala mezz ta' kif jaqsam it-triq, u mhux jirrisja li jaqsa minn postijiet traffikużi, li jistgħu jirriżultaw li jkunu ta' periklu għalihom u għas-sewwieqa.

Minbarra dan, kameras oħra se jkunu installati f'żoni fejn isir abbuż u rimi ta' skart illegalment. Dawn il-kameras, minbarra fis-subways tal-Furjana, ġew installati f'Ħaż-Żabbar, il-Kalkara, Tas-Sliema, San Pawl il-Baħar, Ħaż-Żebbuġ u ż-Żejtun.

More in Socjali