Miljuni madwar id-dinja jfakkru l-passjoni ta' Ġesu...diversi purċissjonijiet madwar il-pajjiż

Illum jitfakkar il-Ġimgħa l-Kbira
Illum jitfakkar il-Ġimgħa l-Kbira

Illum jitfakkar il-jum li fih Ġesu kien msallab f'Ġerusalem. Jum għażiż għal miljuni ta' Kattoliċi madwar id-dinja, li jġib miegħu luttu u talb. Hawn Malta wara nofsinhar isiru numru ta' purċissjonijiet li jfakkru dan il-jum b'diversi statwi u nies li jilbsu ta' persunaġġi bibliċi. Fost l-aktar purċissjonijiet popolari hemm dawk ta' Ħal Qormi u ż-Żejtun, magħrufin għall-kobor tagħhom u dawk tal-Kottonera. Fil-Birgu l-istatwi huma kollha mlibbsin, xi ħaġa unika għal pajjiżna, waqt li f'Ħal Qormi toħroġ l-istatwa tal-aħħar ċena wkoll. Popolari wkoll huma dawk ta' Ħaż-Żebbuġ u dik li torħoġ mill-Knisja ta' Ġieżu fil-Belt Valletta. 

More in Socjali