Reporter jiddiskuti d-dementia

Reporter jixxandar nhar ta' Tnejn fl-22.05 fuq TVM

Reporter  jitbiegħed xi ftit mill-aspett politiku għall-għada tal-Għid u jitkellem dwar l-anzjani u b’mod speċjali r-realtà tad-dimensja fost l-anzjani Maltin. Saviour Balzan jispira ruħu mid-dramm ‘Mela Hawn xi Manikomju’ miktub minn Alfred Buttigieg u li ttella’ f’St James Cavalier matul dan ix-xahar. Minn hemm jislet spunti li jixhdu r-realtà fl-isptarijiet Maltin u r-realtà tal-pazjenti kif ukoll il-ħaddiema u l-qraba tal-persuni bid-dimensja. Mistednin f’Reporter Saviour Balzan jiltaqa’ ma’ Hon. Dr Justyne Caruana, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mid-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà u Anzjanità Attiva, Alfred Buttigieg, awtur tad-dramm ‘Mela Hawn xi Manikomju?!’ u Anthony Scerri, infermier li llum qed jaħdem bħala lecturer fl-Università ta’ Malta u qed jagħmel Dottorat fid-Dimensja.

Reporter jixxandar nhar ta’ Tnejn fl-10.05pm fuq TVM b’ripetizzjoni t-Tlieta fis-1.30pm fuq TVM2 u l-Erbgħa fis-7pm fuq TVM2 ukoll.

More in Socjali