L-aħbar daret ma' miljuni ta' nies madwar id-dinja u kuħadd beda jibkih hekk kif xi paramediċi marru d-dar ta' Prince u xi ħadd instema' jgħid li fid-dar hemm persuna li mhux qed tieħu nifs. L-aħbar bdiet ddur u kulħadd beda jirraporta kif Prince miet, inkluż bosta siti li jirraportaw dwar il-ħajja ta' kantanti u atturi. Kien is-sit TMZ li ħarġet bl-aħbar b'bosta, nkluż Paris Hilton, juru s-sogħba tagħhom.
Iżda ftit wara bdew ħerġin rapporti oħrajn li bdew jgħidu li fil-fatt instabet persuna mejta fid-dar ta' Prince, għalkem mhux ċara jekk kienx Prince jew le.
Kien madwar nofs siegħa ta' spekulazzjoni li fil-fatt kien ikkonfermat illi l-persuna mejta hija, f il-kantant Prince, għalkemm il-kawża tal-mewt ta' Prince għadha mhux magħrufa. Prince jibqa' isem kbir fix-xena mużikali tas-snin 80, b'diski kbar bħal ma kienet Purple Rain.