Alitalia se tkun qed tieħu l-49% sehem mill-Air Malta

49% tal-linja tal-ajru Alitalia hija tal-kumpanija Etihad

Il-linja tal-ajru Alitalia se tkun qed tieħu 49% tas-sehem tal-linja nazzjonali Maltija, Air Malta. Dan wara xhur sħaħ ta' spekulazzjoni u anke wara li ftit tal-ġimgħat ilu kien ġie rrappurtat kif dawn in-negozjati kienu qed jieħdu fit-tul iktar milli previst.

Il-linja tal-ajru Taljana, Alitalia għandha wkoll 49% tas-sehem tagħha mhux f'idejha għaliex tifforma parti min-network tal-kumpanija Etihad Airways li kienet ilha sa minn Novembru tas-sena li għaddiet f'diskussjonijiet mal-Gvern Malti dwar il-linja tal-ajru.

L-Air Malta ilha għaddejja bil-proċess ta' ristrutturat tagħha għal ħames snin, bil-proċess ikun jiswa mal-€230 miljun.

Il-linja tal-ajru nazzjonali mistennija tibbenefika minn €400 miljun f'investiment fl-Alitalia u anke min-network kbir tal-linja tal-ajru flimkien ma' arranġamenti ta' ajruporti differenti.

Dawn in-negozjati ġew ukoll fi żmien fejn il-kumpanija tal-ajru low cost Ryanair tinsab viċin li tkun responsabbli mill-maġġoranza tal-passiġġieri li jiġu Malta.

More in Socjali