Barriera fis-Siġġiewi se terġa' tiġi konvertita għal skopijiet agrikoli

Dan il-proġett għandu jieħu madwar 4 u 6 snin sabiex jitlesta

Barriera antika fis-Siġġiewi li ilha tintuża  għal dan l-iskop għal dawn l-aħħar 24 sena, se tiġi kovertita sabiex terġa' tintuża għal skopijiet agrikolai. Dan wara l-approvazzjoni tal-Board tal-Ippjanar iktar kmieni llum. 

Il-barriera, li hi kbira madwar 9,700m 2 tinsab fin-naħa t'isfel tas-Siġġiewi, f'żona magħrufa bħala Ta’ Sgamardi, qrib Wied ix-Xkora, li flimkien ma' widien oħra, jagħmel parti mis-sistema ta' Wied il-Kbir.

Dan il-proġett għandu jieħu madwar 4 u 6 snin sabiex jitlesta, u se jkun qed isir fi tliet fażijiet, li jinkludu l-mili mill-ġdid tal-barriera, id-depożizzjoni tal-ħamrija u l-konservazzjoni tal-ħamrija. Il-proġett jinkludi wkoll il-bini ta' ħitan tas-sejjieħ matul is-sit.

More in Socjali