'Irridu nerfgħu lin-nies mill-faqar permezz tal-edukazzjoni'

L-ILLUM titlob lill-Arċisqof Charles J Scicluna għall-ewwel reazzjonijiet tiegħu wara r-rapport tal-Caritas ippubblikat dalgħodu

L-Arċisqof Charles J Scicluna
L-Arċisqof Charles J Scicluna

Mitlub jirreaġixxi mill-illum.com.mt għar-rapport tal-Caritas ippublikat aktar kmieni dalgħodu l-Arċisqof ta' Malta Charles J Scicluna sostna li jinsab preokkupat bil-konklużjonijiet tar-rapport li juru kif, fost oħrajn ġenitur waħdu jrid €766 fix-xahar biex ilaħħaq mal-ispejjeż u jgħix ħajja diċenti. Dan l-ammont huwa kważi €100 aktar mill-paga minima. 

Ma' dan is-sit, l-Arċisqof Scicluna saħaq li ħafna minn dawk li qed ibatu l-faqar qed jagħmlu dan minkejja li l-ekonomija qed tikber għax hija kwistjoni ta' edukazzjoni. "Dawn il-gruppi ta' nies jeħtieġ li jintrefgħu mill-faqar permezz tal-edukazzjoni u billi jingħataw is-saħħa li jilħqu l-potenzjal tagħhom."

Scicluna saħaq bl-użu tal-metafora popolari tas-sajd, li filwaqt li l-wens mill-Gvern, fil-forma ta' għajnuna u benefiċċji huma importanti, "irridu naħdmu biex għat-tul min qiegħed fil-faqar ma jingħatax biss il-ħuta imma l-qasba wkoll."

L-Arċisqof temm jgħid lil dan is-sit li jeħtieġ niġġieldu l-faqar materjali billi niġġieldu l-faqar kulturali. 

More in Socjali