Il-Kulleġġ San Benedittu f’Ħal Kirkop organizza attività bl-isem ta’ Festa Awturi: Lejla Letterarja, bis-sehem tal-iskejjel kollha fi ħdan l-istess kulleġġ. Din l-attività serviet ta’ okkażjoni biex ikun iċċelebrat il-ġmiel tal-letteratura għat-tfal bis-sehem tal-istudenti nfushom. Għal din l-okkażjoni, kull skola primarja u sekondarja ġiet abbinata ma’ awtur jew awtriċi partikolari tal-kotba tat-tfal.
Din l-okkażjoni kienet imżewqa b’reċti, kant u qari tal-poeżiji ppreżentati mill-istudenti nfushom.
Preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm disa’ awturi b’kollox, fosthom John A. Bonello, Charles Casha, Ġorġ Mallia, Saviour Sammut, Tony C. Cutajar, Rita Saliba, Carmel G. Cauchi, Adrian Grima u Trevor Zahra.