
It-tfal jiġu l-ewwel u tiddomina l-ugwaljanza
Preżentat Logo ġdid għad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

More in Socjali
Preżentat Logo ġdid għad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, ilbieraħ il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia ħabbar il-Logo il-ġdid illi ser jibda jintuża mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Din il-preżentazzjoni saret fl-għeluq iċ-Ċelebrazzjonijiet tas-sittin sena mit-twaqqif tas-Sigurtà Soċjali f’Malta.
Il-Ministru Farrugia tkellem dwar kif il-Ministeru ħadem flimkien mal-istudenti tal-MCAST sabiex jaħdmu l-logo il-ġdid.
Kien hemm ħmistax-il student illi ħadu sehem f’dan il-proġett li minnhom intagħżlu tlieta. Il-Ministru Farrugia qal illi biex sar dan il-proċess inħatar board apposta biex jevalwa s-sottomissjonijiet. Wara li kienu shortlisted it-tliet disinji ntagħżel il-logo tal-istudent Andreas Azzopardi.
Waqt l-istess konferenza l-istudent Andreas Azzopardi għamel preżentazzjoni tal-logo il-ġdid u spjega kif wasal għall-konklużjonijiet tiegħu. Andreas Azzopardi qal illi huwa ħadem biex il-logo il-ġdid ikun modern u jirrifletti r-realtajiet tas-soċjetà tal-lum.
Andreas Azzopardi qal illi l-ħsieb tal-logo jiffoka fuq il-bżonn illi t-tfal jiġu l-ewwel filwaqt illi ma jkunx hemm distinzjoni bejn il-persuni adulti u fl-istess ħin ikun hemm l-ugwaljanza bejn l-istess adulti.
Il-Ministru Farrugia faħħar ix-xogħol kollu li ħadu l-istudenti speċjalment peress li bħalissa huwa żmien importanti għalihom għaliex ikollhom l-eżamijiet.
Huwa qal illi fiż-żmien li ġej Andreas Azzopardi, flimkien mal-għalliema tiegħu se jkunu qed jiltaqgħu mal-Board tal-għażla sabiex ikun finalizzat ix-xogħol fuq il-logo il-ġdid.
Il-Ministru Farrugia ppreżenta rigal żgħir lil kull student li ħa sehem filwaqt illi t-tliet studenti li kienu shortlisted ġew ippreżentati b’voucher għal titjira tal-ajru mal-AirMalta ffinanzjata mill-Ministeru għall-Familja u SolidarjetàSoċjali.