L-HSBC b'inizjattivi ambjentali fl-iskola Immakulata Kunċizzjoni

Assemblea speċjali fl-Iskola Immakulata Kunċizzjoni, bis-sehem  tal-Programm tal-Ilma ta’ HSBC – Catch the Drop, dwar miżuri favur l-ambjent imwettqa fl-iskola
Assemblea speċjali fl-Iskola Immakulata Kunċizzjoni, bis-sehem tal-Programm tal-Ilma ta’ HSBC – Catch the Drop, dwar miżuri favur l-ambjent imwettqa fl-iskola

Il-Programm tal-Ilma ta’ HSBC Malta – Catch the Drop organizza attivita’ speċjali  fl-Iskola Immakulata Kunċizzjoni, fil-Ħamrun, fejn saret taħdita dwar l-ambjent waqt l-assemblea ta’ filgħodu. Kienu elenkati diveri miżuri favur l-ambjent li twettqu fl-iskola permezz tal-Programm tal-Ilma ta’ HSBC – Catch the Drop.

Il-kampanja tat fondi ħalli jkunu installati  23 push-water tap u b’hekk jitnaqqas il-ħela tal-ilma fis-snin li ġejjin. Fl-istess ġurnata, ittellgħu żewġ xows ippreżentati u sponsorjati mill-kumpannija Generation Green għall-istudenti tal-iskola sekondarja, filwaqt żewġ voluntiera mill-istaff tal-HSBC għamlu preżentazzjoni lil parti mill-istudenti li jattendu l-iskola primarja dwar in-nuqqas tal-ilma u l-konservazzjoni tal-ilma f’Malta. Plakka li tfakkar il-kooperazzjoni bejn l-iskola u l-kampanja inkixfet waqt l-okkażjoni.

L-Iskola Immakulata Kunċizzjoni kellha rwol importanti fil-ħidma biex jitkattar il-messaġġ tal-Programm tal-Ilma ta’ HSBC – Catch the Drop. Dan għaliex kien propju minn din l-iskola li l-kanzunetti tal-kampanja ħadu l-ħajja. Il-kanzunetti ‘Water is Life’ u ‘Catch the Drop’  jistgħu jitniżżlu minn music streaming services popolari bħal iTunes, Google Play, Amazon MP3, Spotify u oħrajn. Dawn il-vidjows tal-mużika tagħhom jinsabu fuq is-siti https://youtu.be/DB7D2bOSLgE (Catch the Drop) u https://youtu.be/ZjQcvEFbtVI (Water Life). Waħda mill-kantanti tal-kanzunetti tal-ilma, Destiny Chukunyere, rebħet il-Junior Eurovision Song Contest 2015 waqt li kienet qed tirrappreżenta lil Malta.

More in Socjali