Filmat | Jibjad il-baħar qrib sit ta' kostruzzjoni f'Tas-Sliema

FIlmati fuq siti soċjali wrew kif il-baħar bidel il-kulur wara ħruġ ta' materjal min sit ta' kostruzzjoni

Dehra tal-baħar kif sar wara iktar minn 20 minuta | ritratt:  Kurt Duers
Dehra tal-baħar kif sar wara iktar minn 20 minuta | ritratt: Kurt Duers

Filmati li dehru fuq siti soċjali wrew il-bidla fil-kulur li kien qed jesperjenza l-baħar qrib ix-xatt ta' Tas-Sliema. Il-filmat juri bħal materjal abjad jinżel fil-baħar u jbiddel il-kulur tiegħu. 

Dan il-ħruġ dam għaddej għal iktar minn 20 minuta, bil-konsegwenza li dan infirex ma' żona mdaqqsa tax-xatt. Man-naħa l-oħra tat-triq, wieħed isib sit ta' kostruzzjoni, minn fejn allegatament ħiereġ tali materjal abjad.

filmat: Kurt Duers

More in Socjali