Iktar minn 18% tat-turisti nefqu flus f'kiri ta' karozzi

Żieda ta' kważi 60,000 turist li krew xi vetturi fil-vaganza tagħhom

18.7% tat-turisti li ġew Malta matul is-sena 2015, nefqu flus fuq kiri ta' vetturi matul il-btala tagħhom. Dan il-persentaġġ jista' jiġi interpretat f'335,000 turist. Dan l-ammont wera żieda ta' ftit inqas minn 2% fuq is-sena ta' qabel meta l-ammont ta' turisti li nefqu klus fuq xi kiri ta' vetturi kien dak ta' 283,900, jiġifieri 16.8%.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis, għal domanda tad-deputat Anthony Agius Decelis. Il-Ministru żied jgħid li informazzjoni dwar l-ammonti ta' vetturi mikrija ma tinżammx, iżda minn stħarriġ tal-Awtorità tat-Turiżmu dwar l-ispiża tat-turisti fil-pajjiż, wieħed jista' jara kemm kienu t-turisti li nefqu flus fuq dan.

More in Socjali