Numru ta' persuni b'diżabilità u l-ġenituri tagħhom qed jesprimu s-sodisfazzjon hekk kif dan is-sajf se jkun l-ewwel wieħed verament għal kulħadd fil-Bajja tal-Għadira. Fil-fatt, wara proġett li għadu kemm kien konkluż, permezz ta' ħidma bejn il-Kummissjoni Persuni b'Diżabilità (KNPD), l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, din il-bajja issa se tkun aċċessibbli għal kulħadd.
Is-Sindku tal-Mellieħa Clayton Bartolo qal li dan se jkun sajf li wieħed mhux se jinsa għall-lokalità tal-Mellieħa, hekk kif se jkun is-sajf li fih kulħadd se jkun jista' jaċċessa din il-bajja mill-aktar popolari mal-Maltin.