Pariġi tiddikjara stat ta' diżastru naturali

Ix-xmara Seine tfur u tħalli diżastru fil-kapitali Franċiża

Il-livell tal-ilma jista' jilħaq is-6 metri fuq il-livell normali
Il-livell tal-ilma jista' jilħaq is-6 metri fuq il-livell normali

Il-President Franċiż Francois Hollande ħabbar li l-belt kapitali Franċiża ddikjarat stat ta' diżastru naturali fiż-żoni li l-iktar ġew milquta mill-għargħar. Dan se jwassal biex fondi tal-emerġenza jipu rilaxxati lill-awtoritajiet lokali.

Wara li faret ix-xmara Seine, bosta żoni ġew milquta mill-għargħar, tant li l-mużew Louvre qed jieħu miżuri sabiex iċaqlaq il-pitturi u l-eżebiti tiegħu għal żoni siguri sabiex dawn ma jintlaqtux mill-għargħar. Il-mużew ħabbar ukoll li se jkun qed jagħlaq il-bibien tiegħu temporanjament sakemm is-sitwazzjoni titjieb.

Ix-xita li ħakmet liż-żona wasslet għal dan id-diżastru naturali u filwaqt li l-livell tax-xmara Loing, li hi parti qrib ix-xmara prinċipali, fl-aħħar qed tara tnaqqis fil-livell tal-ilma, ix-xmara prinċipali Seine mistennija tkompli tara żieda fil-livell tal-ilma.

More in Socjali