Wara xitwa xotta, kellna Mejju b'iktar sħana mis-soltu

...imma għamlet iktar xita, l-aktar tal-ħamrija mid-deżert Sahara

Kollox xott bħalissa wara Xitwa li ma kinitx
Kollox xott bħalissa wara Xitwa li ma kinitx

Mejju kien il-ħames xahar konsekuttiv li esperjenza temperaturi tal-arja ogħla min-normal. Madankollu, dawn it-temperaturi ma kinux ikkumplementati minn temp tipiku tar-rebbiegħa, għax f’Mejju għamel aktar riħ, niżlet aktar xita u x-xemx ħarġet għal anqas sigħat mis-soltu.
Irjiħat aktar qawwijin – li nefħu b’veloċità medja ta’ 10.7 knots minflok in-norma klimatika ta’ 8.6 knots – qanqlu ħafna trab, li baqa’ sospiż fl-arja biex b’hekk ikkawża viżibbiltà baxxa fl-10 u l-11 ta’ Mejju. Il-viżibbiltà f’dawn il-jumejn kompliet titbaxxa minħabba ċ-ċpar.
Minbarra l-viżibbiltà baxxa, fil-11 tax-xahar ġiet irreġistrata wkoll l-ogħla temperatura għal Mejju u anki istanzi ta’ ragħad. It-temperatura ta’ 29.8°C kienet 5.5°C anqas mill-ogħla temperatura li qatt ġiet irreġistrata f’Mejju. It-temperaturi massimi għall-weekend bdew minn 18.4°C u telgħu sa 28.9°C sal-aħħar weekend tax-xahar. Dawn it-temperaturi ogħla ntlaqgħu tajjeb mill-ħafna studenti li spiċċaw l-eżamijiet tagħhom lejn l-aħħar ta’ Mejju.
Il-kopertura ta’ sħab medja kienet ta’ 3.6 oktas, li jfisser li kienet ogħla mis-soltu. Dan affettwa t-total ta’ sigħat bix-xemx u, fil-fatt, ix-xahar finalment gawda minn 59 siegħa anqas ta’ xemx mill-istess żmien is-sena li għaddiet. Fl-ewwel Sibt tax-xahar it-temp kien partikolarment griż minħabba li x-xemx ma ħarġet xejn u li niżlu wkoll 4.4mm ta’ xita.
Din kienet waħda mis-sitt drabi fejn għamlet ix-xita f’Mejju, bl-ammont ta’ xita totali finalment jammonta għal 12.2mm. Tlieta minn dawn is-sitt drabi nzertaw fil-weekend u għalhekk tħassru l-pjanijiet ta’ ħafna koppji li kienu ppjanaw li jkollhom tieġ barra.
Irjiħat mix-Xlokk nefħu ramel lejn il-gżejjer Maltin mid-Deżert tas-Sahara u dan ikkawża istanzi ta’ xita tal-ħamrija fl-1 u l-5 ta’ Mejju.
Temp mhux

More in Socjali