Jiżdiedu b'482% r-rapporti ta' vjolenza domestika f'10 snin

F'Għawdex, ir-rata ta' rapporti ta' vjolenza fuq irġiel hi ikbar minn Malta

F'temp ta' għaxar snin, ir-rapporti ta' vjolenza domestika immultiplikaw b'ħames darbiet, biex minn 268 fl-2006, is-sena li għaddiet rat 1,293 rapport. 

Fil-fatt, il-gazzetta Times of Malta rrappurtat kif f'dawn l-aħħar għaxar snin, iż-żieda fir-rapporti kienet ta' 482%, b'Marceline Naudi mid-Dipartiment tal-Istudji tal-Ġeneru tal-Università ta' Malta tgħid li din iż-żieda hija grazzi għall-kuxjenza li inħolqot biex każi ta' din in-natura jiġu rrappurtati, u mhux minħabba li fil-fatt żdiedet ir-rata ta' każi ta' vjolenza domestika. Naudi kompliet tgħid li llum il-ġurnata, in-nies jafu li din il-vjolenza mhix aċċettabbli u huma iktar lesti li jitkellmu dwar dak li jkunu qed jgħaddu minnu.

Mir-rapporti tal-pulizija kollha li saru rigward vjolenza domestika, irriżulta li 8 minn kull 10 persuni li rrapurtaw vjolenza, kienu nisa, b'4,984 f'Malta u 125 f'Għawdex. Min-naħa l-oħra, r-rata ta' rapporti ta' każi fuq l-irġiel kienet ta' 1,443 f'Malta u 54 f'Għawdex, biex il-persentaġġ f'Għawdex (30%), ikun ikbar minn dak f'Malta (22%).

Dawn ir-rapporti wrew li l-akbar numru ta' każijiet ġew reġistrati f'San Pawl il-Baħar, Birkirkara u Ħal Qormi.

 

More in Socjali