Kważi wieħed minn kull ġenitur single f'pajjiżna reġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa raġel. Minn 10,913 ġenitur reġistrat bħala single parent , 2,574 huwa raġel u 8,339 huma nisa, jiġifieri ftit iktar minn 76%.
L-akbar ammont ta' ġenituri reġistrati bħala single parents jinsabu f'San Pawl il-Baħar, b'total ta' 680 persuna, b'212 minnhom ikunu rġiel, u 468 nisa. Birkirkara għandu t-tieni l-akbar numru ta' persuni reġistrati bħala ġenituri waħdehom.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia, għad-domanda tad-deputat Nazzjonalista Ċensu Galea.