Il-grupp Gift of Life appella biex il-poplu jqum u jitkellem favur il-ħajja u dan fl-isfond tal-protest ġudizzjarju li ressqu 100 mara Maltija u li fih qed jitolbu li l-istat jillegalizza dak li jsejħu 'kontraċettiv ta' emerġenza'. Il-Gift of Life, f'messaġġ li qed idawru fuq Facebook jakkużaw lil dawn in-nisa li ressqu l-istess protest fil-Qorti illi qed jipprovaw jillegalizzaw l-abort billi jagħmlu l-bejgħ tal-morning after pill legali.
Fl-ewwel battuta, minn ħafna li nistgħu nistennew fil-jiem li ġejjin, huwa ċar li d-diskussjoni li se jqajjem l-protest se tkun marbuta ma' fejn u meta tibda l-ħajja. Il-Gift of Life qalu li huma kontra l-legalizzar ta' din il-pillola u spjegaw kif fl-Istati Uniti din il-pillola hija meqjusa bħala 'ta emerġenza' fl-Istati Uniti fejn il-liġi tistabilixxi bidu ta' ħajja fl-impjantazzjoni u mhux fil-konċepiment.