Il-banda u l-Winter Moods jingħaqdu għall-festa ta' San Ġorġ

...għall-kunċert ta' lejliet il-festa nhar is-Sibt li ġej

L-istatwa ta' San Ġorġ f'Ħal Qormi
L-istatwa ta' San Ġorġ f'Ħal Qormi

Wieħed mill-aqwa vuċijiet f’pajjiżna, Ivan Grech mill-grupp Winter Moods, se jkun qed jingħaqad mal-ħoss tradizzjonali tal-banda f’kunċert vokali u strumentali li se jsir nhar is-Sibt 25 ta’ Ġunju 2016, mtella mill-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha ingħataw aktar dettalji dwar il-programm, il-President tal-Għaqda Charles Micallef semma kif dan il-kuncert se jkun qed jgħaqqad l-element bandistiku ma' dak ta' muzika moderna. Hu rringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes li bl-appoġġ tiegħu, il-kantant Ivan Grech se jkun qed ikanta tlett siltiet mużikali tal-Winter Moods kif ukoll is-silta ‘Xemx’ ta’ The Tramps.

Is-Segretarju Parlametari Roderick Galdes tenna kif is-sapport lejn il-baned Maltin dejjem kien wieħed importanti biex il-kultura Maltija tkompli tikber u tibqa relevanti maż-żminijiet.

Il-kantant Ivan Grech spjega li kien ta’ unur għalih li siltiet li hu kiteb u kanta se jkunu qed jiġu eżegwiti mill-banda San Ġorġ Martri u rrimarka li din se tkun esperjenza sabiħa u memorabbli.

Il-kunċert se jibda fit-8pm fi pjazza San Frangisk u jispiċċa qabel jibda l-ispettaklu tan-nar mill-Għaqdatan-Nar 23 ta' April.

More in Socjali