Illum fis-6 ta' filgħaxija, grupp ta' residenti se jorganizzaw protesta fil-ġonna ta' Qui si Sana sabiex jipprotestaw kontra l-iżvilupp ta' iktar bini għoli mingħajr l-istudji u l-infrastruttura neċessarja.
Fi stqarrija maħruġa minn Flimkien għal Ambjent Aħjar qalet kif dawn il-proġetti ma jaffetwawx biss lil Tas-Sliema u San Ġiljan għaliex "proġetti ta' dan it-tip huma ppjanati madwar Malta kollha, u l-effetti se jkunu qed jinħassu mir-residenti kollha, fejn għandu x'jaqsam it-tniġġis li jwassal għall-ażma, cancer, kundizzjonijiet tal-qalb u anke dementia"
Il-FAA tkompli tgħid kif ir-residenti huma inkwetati għal kif se jkunu jistgħu jkampaw mat-traffiku li se jkun qed jinħoloq "mingħajr trasport pubbliku b'saħħtu."
"Min se jkun qed iħallas għall-infrastruttura tad-dawl u l-ilma u d-dranaġġ, biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-proġetti enormi?" ittemm tgħid l-istqarrija tal-FAA.