L-ebda mediċina mhi out of stock

Kien hemm total ta' erba' każi ta' mediċini out of stock sa mill-bidu tas-sena

Fil-preżent, meta wieħed imur għand l-ispiżerija tal-għażla tiegħu sabiex ikun jista' jakkwista l-mediċini b'xejn, isib li jista' jinqeda minn kull mediċina li jkun jeħtieġ hekk kif l-ebda mediċina mhi out of stock. Din is-sitwazzjoni kienet l-istess matul ix-xahar ta' Marzu u Mejju wkoll.

Minkejja dan, matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, kien hemm total ta' erba' każi ta' mediċini li kienu out of stock, b'tip ta' mediċina waħda mhux fis-suq f'Jannar u Frar, u żewġ tipi f'April.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, għal domanda tad-deputat Anthony Agius Decelis.

More in Socjali