Aktar minn 2,000 persuna ġiet salvata minn fuq il-baħar, sa mit-tnedija tal-kampanja 'Missjoni fil-Mediterran' tal-Migrant Offshore Aid Station (MOAS), li bdiet fis-6 ta' Ġunju ta' din-sena.
Il-MOASm li qiegħda topera bi flotta ta' żewġ vapuri, żewġ drones u 40 ħaddiem umanitarju, li flimkien qed jaħdmu kontra l-kriżi tar-refuġjati, dan is-sajf biss diġà rat 65.3 miljun refuġjat li telqu min darhom minħabba gwerer, kunflitti u persekuzzjoni.
Il-fundatur tal-MOAS, Christopher Catrambone tenna li "Dawn ir-refuġjati huma rġiel, nisa u ġieli anke tfal weħidhom, li kienu lesti jsofru swat, serq stupri, u riskju ta' ħabs biex jirriskjaw ħajjithom jaqsmu l-Mediterran, bit-tama li jsibu s-sigurtà għal familthom." Catrambone ddeskriva s-sitwazzjoni tal-operat tal-MOAS bħala "l-ewwel att ta' ħniena u umanità li dawn i-nies ikunu esperjenzaw minn mindu kellhom jaħarbu minn pajjiżhom."
MOAS, flimkien mal-imsieħba tagħha, 'Emergency' u s-soċjetà tas-salib l-aħmar Taljana żammew preżenza kostanti fil-Mediterran, b'għotja ta' għajnuna medika u ta' salvataġġ.
L-operatat fil-Mediterran, huwa wieħed mill-aktar perikoluż, u l-MOAS jużaw apparat ta' teknoloġija avvanzata biex jiksbu l-akbar suċċess possibbli fis-salvataġġ ta' ħajjiet fil-periklu. Minkejja l-prezz tagħhom, id-drones irrizultaw ta' utilità kbira għall-operat tal-Missjoni fil-Mediterran. Filfatt, 70% tad-dgħajjes li salvaw il-MOAS dan is-sajf, kienu misjuba bl-użu tad-drones.
'Il fuq minn 15,000 ħajja ġiet salvata minn fuq il-baħar mill-MOAS sa mill-2014.