Nisa Laburisti favur il-morning after pill

Jemmnu li din għandha tiġi flimkien ma' iktar edukazzjoni fuq drittijiet u saħħa sesswali

Claudette Abela Baldacchino, President ta' NL
Claudette Abela Baldacchino, President ta' NL

In-Nisa Laburisti qalu li bħala eżekuttiv iddeċidew li se jkunu qed jappoġjaw li l-morning after pill tkun disponibbli għan-nisa Maltin.

Fi stqarrija, NL qalu li l-eżekuttiv wasal għal din id-deċiżjoni wara diskussjonijiet ma' diversi entitajiet u professjonisti.

Il-President ta' NL, Claudette Abela Baldacchino qalet li din għandha tkun disponibbli waqt li jkun hemm ukoll introduzzjoni ta' iżjed edukazzjoni fuq is-saħħa sesswali u d-drittijiet sa mill-etajiet bikrija. Abela Baldacchino żiedet tgħid li din l-edukazzjoni għandha tkun introdotta kemm għal bniet, kif ukoll subien sabiex dawn, sa minn età żgħira jkunu responsabbli tal-azzjoniijet u d-deċiżjonijiet tagħhom.

More in Socjali