Iffinanzjat ir-restawr tal-inkwadru ta’ San Nikola f'Sarria

Fondi għar-restawr tal-inkwadru ta’ San Nikola ta’ Mattia Preti fil-knisja ta' Sarria, jinagħtaw lill-Din l-Art Ħelwa

Din l-Art Ħelwa jirċievu donazzjoni mingħand Sparkasse Bank Malta pls
Din l-Art Ħelwa jirċievu donazzjoni mingħand Sparkasse Bank Malta pls

Fondi biex jiġi irristawrat l-inkwadru ta’ San Nikola ġew mogħtija lill-Din l-Art Ħelwa minn Sparkasse Bank Malta plc.  B’dawn il-fondi ġodda, wieħed wara l-ieħor is-seba’ inkwadri ta’ Preti li jinsabu fil-knisja ċkejkna ta’ Sarria, kollha qegħdin isibu donatur ġeneruż.

ld-donazzjoni saret mingħand Paul Mifsud, Managing Director ta’ Sparkasse Bank Malta plc.  Ix-xogħol se jsir mid-ditta 'Giuseppe Mantella Restauri'.

San Nikol ta’ Bari hu wieħed min seba’ inkwadri impittra mill-Kavallier Kalabriż Fra Mattia Preti, fuq ordni tal-Granmastru Nicholas Cottoner bħala wegħda lill-Assunta fi tmiem il-Pesta, fl 1676. 

Ristawr fuq il-Pittura ta' San Nikola, ta' Mattia Preti
Ristawr fuq il-Pittura ta' San Nikola, ta' Mattia Preti

San Nikol kien il-patrun tal-Granmastru u jingħad li dan il-qaddis kien salva għadd ta’ tfal li kienu se jgħaddu martirju. It-tfal jidhru fil-pittura maġemb il-qaddis waqt li fuq in-naħa l-oħra jidher anġlu b’xitla tal-qoton f’idejħ. Din ix-xitla tidher fuq l-arma tal-Granmastru Cottoner. 

Din l-Art Ħelwa tagħti ħajr lil Sparkasse Bank Malta plc u tittama li aktar kumpaniji ġenerużi jinqdew bir-regoli ġodda dwar tnaqqis fit-taxxi għad-ditti li joffru għajnuna finanzjarjia għal-patrimonju.

B’hekk ikun aktar faċli jinstab min jgħin sabiex jitlestew l-aħħar żewġ tpitturi ta’ Mattia Preti fil-knisja ta’ Sarria.

More in Socjali