'll-morning after pill għanda tkun aċċessibli'

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza tesprimi ruħa favur l-aċċessibiltá tal-morning after pill

Il-Morning After Pill għanda tkun aċċessibli
Il-Morning After Pill għanda tkun aċċessibli

Fid-dawl tal-kontroversja li għaddejja dwar il-morning after pill, Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-promozzjoni tal-ugwaljanza issostni li dan il-kontraċettiv tal-emerġenza għandu jkun aċċessibli hawn Malta.

"In-nuqqas ta' aċċess għall-morning after pill huwa diskriminatorju kontra d-dritt tan-nisa li jridu kontroll fuq ħajjithom", stqarret il-Kummissjoni. "Il-kontraċezzjoni tal-emerġenza hija mportanti għan-nisa li jridu jipprevjenu tqala mhux mistennija."

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza tinnota li fuq is-suq diga' jeżistu meżżi ta' kontraċezzjoni simili tal-morning after pill, allura jagħmel biss sens li n-nisa Malti ikollom aċċess għal-mezz aktar sigur li jiswa inqas flus.

More in Socjali