Fuq facebook tfaċċa dan ir-ritratt li hu wieħed mhux biss xokkanti iżda tal-mistħija li jitwaħħal arblu tad-dawl f'nofs bankina. Din il-bankina tinsab fi Triq Ramija s-Siġġiewi fejn la push chair u lanqas wheelchair ma' jista jgħaddi u kważi kważi lanqas persuna b'bastun jew xi ftit qawwi ma' tgħaddi. Fuq facebook il-mistoqsija hi ta' min hi din l-ideja tal-mistħija? Tal-EneMalta? Nisperaw li hi ta' min hi dan jitneħħa minn hemm għax din it-triq hi waħda traffikuża u biex tgħaddi minnha trid toħroġ f'nofs ta' triq. Nitolbu li l-awtoritajiet dwar l-aċċessibilita jagħmlu xogħlhom u jieħdu ħsieb li min għamel din il-pastażata jirranġaha.