Il-Papa Franġisku, tenna li li "l-Knisja Kattolika għandha titlob skuża lin-nies gay għall-mod kif trattathom". Dan qalu waqt konferenza stampa li kellu mall-ġurnalisti fuq it-titjira lura mill-Armenja lbieraħ filgħaxija.
Il-Papa saħaq mall-ġurnalisti li "l-Knisja ma kellhiex il-dritt tiġġudika l-komunità gay u għandha turihom aktar rispett." Flimkien mal-komunità gay, il-Papa estenda l-apoloġija tiegħu għan-nisa u t-tfal fqar imġiegħla jaħdmu, fost dawk li l-Knisja emarġinat tul iż-żmien.
Filwaqt li dan il-Papa kiseb rispett kbir minn komunitajiet gay madwar id-dinja, min-naħa l-oħra qala' ħafna kritika mingħand Kattololiċi konservattivi li akkużawh fuq jagħmel kummenti ambigwi u immorali dwar is-sesswalità.