Razziżmu kontra l-Maltin fir-Renju Unit

Maltin jgħixu fir-Renju Unit jirrapportaw każi ta' razziżmu lejhom minn wara r-referendum

Każi ta' razziżmu fuq Maltin wara l-BREXIT
Każi ta' razziżmu fuq Maltin wara l-BREXIT

Fil-ġranet li għaddew, ftit tal-jiem biss wara li l-maġġoranza tal-Brittanniċi vvotaw biex jitilqu mill-UE, żdiedu rapporti ta' mibgħieda razzjali lejn il-konfront ta' ħafna immigrati fl-Ingilterra, fosthom Maltin.

Fuq siti soċjali bħal-facebook, inkitbu kummenti mingħand Maltin li minn wara l-ġimgħa l-oħra ġew imħeġġa biex "jitilqu lura darhom" meta semawhom jitkellmu bil-Malti. Dawn il-kummenti ġew mingħand nies li qabel ir-referendum qatt ma kienu taw każ id-differenza fin-nazzjonalità.

Kumment ieħor mingħand ġuvni Malti li jgħix l-Ingilterra sostna li wieħed mill-ġirien tiegħu waqaf ikellem lil kull min ikkonsidera li 'mhux Ingliż' sa mill-aħħar ġranet tal-kampanja elettorali.

Issemmew ukoll każi ta' Maltin li ilhom jgħixu l-Ingilterra għal-aktar minn għoxrin sena bla problemi ta' xejn, sakemm fl-aħħar ġimgħat bdew jinnotaw ħars ikrah u kummenti minn taħt wara li jkunu tkellmu bil-Malti fuq il-postijiet tax-xogħol jew fuq it-trasport pubbliku.

David Cameron ikkundanna kull tip ta' mġieba razzista u xenofobika flimkien ma kull azzjoni ta' mibgħieda li qed tiġi rrapportata f'dawn l-aħħar ġanet. Każ li ssemma fuq ħafna ġurnali internazzjonali kien l-attakk fuq il-komuitá Pollakka, b'meżż ta' graffiti bi kliem ta' mibgħieda u ittri mpustati fid-djar ta' nies Pollakki, b'tgħeddid biex dawn jitilqu lura f'pajjiżhom.

Cameron fakkar lill-poplu Brittaniku li "rridu niftakru li dawn in-nies ġew fostna u taw kontribut kbir lil dan il-pajjiż. Ma nistgħux naċċettaw dawn l-attakki u krimini ta' mibgħieda. Din l-imġieba trid tiġi mwaqqfa."

 

 

More in Socjali