Wara nofs in-nhar, l-awtorita tal-ippjanar se tiltaqa fid-dar tal-konferenzi l-belt biex tiddeċiedi darba għal dejjem u tniżżel is-siparju dwar żvilupp propost f'Ħondoq ir-Rummien, limiti tal-Qala f'Għawdex.
Deċiżjoni mistennija ferm mill-ambjentalisti f'Għawdex wara snin twal itertqu qalbhom u jissieltu kontra proposti biex dan jinbidel fi proġett turistiku u yacht marina. Proposti li ilhom għaddejjin snin twal.
Il-case officer tal-MEPA qed jirrakkomanda li dan l-iżvilupp jiġi rifjutat u llum waqt il-laqgħa tal-MEPA għandu jingħalaq is-siparju darba għal dejjem. L-ambjentalisti Għawdxin sa organizzaw trasport apposta bie xikunu preżenti u jkomplu jgħidu tagħhom biex din il-ġawhra Għawdxija tibqa tal-poplu u mhux tingħata lill-iżviluppaturi.