Id-Deputat Laburista Luciano Busuttil ingħaqad fid-dibattitu li għaddej bħalissa wara li l-mistienden għall-Isle of MTV Whiz Khalifa tefa' ritratt tiegħu ipejjep 'joint'. Dan anke jekk grupp ta' 11-il żgħażugħ kienu arrestati wara li nqabdu jpejpu l-ħaxixa waqt l-istess Isle of MTV.
Id-Deputat Laburista qal li Khalifa kellu jkun "arrestat u investigat jew tal-anqas interrogat bħal ma sar lil ħaddieħor". Busuttil jgħid illi kantanti bħal Khalifa misshom lanqas biss ikun ikkunsidrat biex jieħdu sehem "għax ma jwasslux valuri tajbin lill-uliedna."