Hawnhekk ħadd ma mar jaqta' żigarelli

Wara s-swar tal-Birgu: Tal-Mistħija

Dawn huma ritratti li jitkellmu weħidhom. Tal-mistħija dawk in-nies li jitfgħu ż-żibel tagħhom hemm u anke l-awtoritajiet li ma jiħdux il-passi neċessarji biex jaraw li ż-żibel ma jintremiex u dak li hemm inaddfuh.

Fejn nirranġaw, tarana sejrin bi ħġarna naqtgħu ż-żigarelli, bil-kameras tat-televiżjoni jiġru warajna. Iżda hawn li ma kienx għal xi ħadd li ħa l-inkarigu li jiġbed ir-ritratt u jpoġġih fuq is-siti soċjali bħal, Facebook kienu jgawduh biss il-poplu Malti ta' dawk in-naħat. Sentejn ilu dan il-post ġie mnaddaf iżda llum erġajna koppi. Naħseb li hu każ li jitpoġġew CCTV cameras u min jinqabad iħallas sew għax is-swar tal-Birgu żgur li mhumiex il-miżbla tal-Magħtab.

POST: Wara s-sur tal-Birgu, parti mill-Cottoner lines ħdejn Ħaż-Żabbar

 

 

More in Socjali