Titjir għal Palermo fuq l-Air Malta

L-Air Malta nediet servizz ġdid ta' titjir lejn u minn Palermo darbtejn fil-ġimgħa

L-Air Malta tibda titjir lejn u minn Palermo darbtejn f'ġimgħa
L-Air Malta tibda titjir lejn u minn Palermo darbtejn f'ġimgħa

L-Air Malta nediet illum servizz skedat darbtejn fil-ġimgħa lejn il-belt kapitali u ċ-ċentru politiku ta’ Sqallija, Palermo.

Il-Linja Nazzjonali tal-Ajru Maltija sejra topera titjiriet ta’ darbtejn fil- ġimgħa lejn u minn Palermo kull nhar ta’ Tnejn u Ħamis. Is-servizz il- ġdid se joffri konnessjoni bejn Malta u l-parti tal-punent ta’ Sqallija.

Dan is-servizz se jopera flimkien mat-15-il titjira fil-ġimgħa lejn il-belt l-oħra importanti tal-gżira, Catania. Dawn it-titjiriet sejrin isaħħu l-pożizzjoni ewlenija tal-Air Malta bħala trasportatur ewlieni li jaqdi ż-żewġ gżejjer u limpenn tal-linja nazzjonali tal-ajru lejn iż-żewġ gżejjer f’setturi varji fosthom fl-oqsma turistiċi, ekonomiċi u kulturali.

“Din hija aħbar tajba oħra għall-klijenti Maltin u Sqallin tagħna,” qal Joseph Galea, id-Deputat Kap tal-Uffiċċju Kummerċjali mal-wasla ta' l-ewwel titjira. Huwa saħaq li “Aħna kuntenti ħafna li nedejna s-servizzi l-ġodda tagħna lejn u mill-ajruport Falcone Borsellino ta’ Palermo. Dan isservizz li se jiġi operat bl-Airbus A319 A320 u mhux se jkun rotta staġjonali għas-sajf biss iżda se nkomplu noffru s-servizzi tagħna matul ix-xitwa u qed inbassru li sejrin inwasslu madwar 20,000 passiġġier fl-ewwel sena operattiva.”

“L-Air Malta", kompla Galea, "toffri l-aqwa għażla għall-vjaġġaturi mhux biss lejn Sqallija iżda madwar l-Italja fejn anki noperaw għal Ruma u Milan b’total ta’ 34 titjira fil-ġimgħa u l-ogħla numru ta’ frekwenzi għal kull destinazzjoni meta mqabbel ma’ trasportaturi oħrajn."

Galea saħaq li bil-passiġġieri addizzjonali li jinħolqu permezz ta’ din ir-rotta, l-Air Malta timmira li s-sena dieħla ġġorr aktar minn 350,000 ruħ minn madwar l-Italja kollha.

Huwa u jikkummenta fuq din it-tnedija, is-Sur Leslie Vella, id-Deputat Kap tal-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu qal, “Is-suq tat-turiżmu Sqalli lejn Malta huwa attraenti minħabba l-viċinanza u l-volum tiegħu. Sqallija hija gżira diversa u filwaqt li l-parti tal-lvant tagħha tgawdi minn konnessjoni tajba ma’ Malta, l-istess ma jistax jingħad għall-konnessjonijiet mal-punent tagħha. Is-servizz il-ġdid tal-Air Malta lejn Palermo matul is-sena kollha sejjer jindirizza dan l-iżbilanċ u sejjer joħloq potenzjal b’saħħtu għal żieda fit-turiżmu mill-eqreb ġar tagħna.”

Is-Sur Alan Borg, il-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta żied jgħid “Nilqgħu l-iżvilupp tal-lum fuq żewġ livelli: l-ewwelnett, is-suq Taljan huwa wieħed mill-aqwa xprunaturi tattraffiku tal-passiġġieri u l-inawgurazzjoni tar-rotta ta’ Palermo sejra żżid konnessjoni ġdida għall-iskeda tagħna ta’ matul is-sena. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta’ Palermo sejra sservi biex il-potenzjal uniku ta’ Sqallija jintuża bħala destinazzjoni ideali għall-jiem ta’ mistrieħ qosra minħabba l-viċinanza tal-gżejjer tagħna. Nixtieq infaħħar lit-tim tal-Air Malta għall-isforzi tiegħu fl-iżvilupp ta’ din irrotta.”

Din is-sena, bħala parti mit-titjib kostanti tagħha fl-iskeda, l-Air Malta reġgħet bidlet il-ħinijiet ta’ xi titjiriet ta’ Catania biex toffri konnessjonijiet aħjar ma’ servizzi għal bliet kbar Ewropej. Dawn linizjattivi mistennija li jkomplu jiffaċilitaw l-opportunitajiet ta’ kummerċ bejn iż-żewġ gżejjer. 

L-iskeda tat-titjiriet tal-Air Malta hija din li ġejja:

It-Tnejn

Tluq minn Malta 13:15hrs          - Wasla Palermo 14:15hrs

Tluq minn Palermo 15:05hrs     - Wasla Malta 15:55hrs

Il-Ħamis

Tluq minn Malta 19:50hrs          - Wasla Palermo 20:50hrs

Tluq minn Palermo 21:40hrs      - Wasla Malta 22:30hrs

Palermo
Palermo

Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit www.airmalta.com, jew iċempel lill-Call Centre tal-Air Malta +356 21662211, mill-uffiċċju tal bejgħ tal-Air Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jew mill-Aġenti tal-Ivvjaġġar f’Malta jew fl-Italja.

More in Socjali