1,595 anzjan vittma ta' serq

F'perjodu ta' sena, in-numru ta' persuni b’età l'fuq minn sittin sena li kienu involuti f'każi ta' serq kien ta' 1595

1595 rapport ta' serq jinvolvu nies b'età l'fuq minn 60 sena
1595 rapport ta' serq jinvolvu nies b'età l'fuq minn 60 sena

Sfortunatament, l-abbużi fuq l-anzjani huma realtà pjuttost komuni fis-soċjetà tal-lum. Minbarra l-abbandun u l-abbużi fiżiċi, l-anzjani ta' spiss jinsabu fil-mira ta' serq u abbużi oħrajn relatati mal-flus jew propjetà.

F'perjodu ta' sena, bejn Marzu tal-2015 u dak tal-2016, ġew irrappurtati total ta' 9357 każ ta' serq. Min dawn il-każi, 1595 minnhom, kienu jinvolvu persuni b’età ta’ sittin sena jew aktar.

Din iċ-ċifra ma tfissirx li dawn l-anzjani kienu kollha fil-mira diretta ta’ l-aggressur, għax uħud mir-rapporti rreġistrati kienu jinkludu aktar vittmi ta’ persuni b’etajiet diversi.

Madankollu, dawn iċ-ċifru jafu ma jkoprux serq u tip ta' abbużi oħrajn lejhom li numru ta' anzjani ma jirrappurtawx.

 

Dawn iċ-ċifri  ingħataw fil-Parlament mill-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici.

 

More in Socjali