Ħames turisti Ingliżi jiddaħħlu l-Isptar Monte Carmeli f'ħames ġimgħat

B'kollox iddaħħlu 185 persuna f'Monte Carmeli bejn l-1 ta' Mejju u s-6 ta' Ġunju ta' din is-sena 

F'temp ta' xahar u nofs, preċiżament bejn l-1 ta' Mejju u s-6 ta' Ġunju ta' din is-sena ddaħħlu 185 persuna għall-kura fl-Isptar Monte Carmeli. Minn dawn ħamsa kienu turisti ġejjin mir-Renju Unit.

Id-Deputata Nazzjonalista u Shadow Minister tas-Saħħa Claudette Buttigieg speċifikament staqsiet fil-Parlament kemm minn dawn il-185 kienu mir-Renju Unit, staqsiet ukoll jekk dan in-numru hux ikbar mis-snin ta' qabel u għalfejn ġara dan. Fir-risposta tiegħu il-Ministru Chris Fearne, għalkemm ma tax r-raġunijiet għalfejn daħlu l-Isptar dawn il-pazjenti u kif dan in-numru jikkumpara ma' snin oħrajn qal illi b'kollox, matul dawn il-ġimgħat daħlu ħames persuni mir-Renju Unit li lkoll kienu turisti f'pajjiżna. 

Intant mill-185, pazjent wieħed biss daħal Monte Carmeli minħabba effetti ta' drogi sintetiċi. Mit-total, 138 kienu rġiel filwaqt li l-kumplament, jew 47 li kienu nisa. 

More in Socjali