'Hello, ċempilt għax m'għandi lil ħadd ma' min ngħid kelma'

1,233 telefonata lill-179 Helpline minn nies li ma kellhom lil ħadd ma min jgħidu kelma

Saru b'kollox 10,262 telefonata għall-għajnuna matul l-2015
Saru b'kollox 10,262 telefonata għall-għajnuna matul l-2015

Jekk il-mard huwa ikrah, is-solitudni tista tkun ferm kerha wkoll. Fil-fatt kienu b'kollox 1,233-il telefonata li daħlu għand il-179 Helpline fl-2015 kienu minn nies li ħassewhom waħedhom u li m'għandhom lil ħadd ma min jgħidu kelma. F'i-Parlament il-Minstru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali Michael Farrugia spjega kif ħafna minn dawn in-nies fil-fatt ikollhom ukoll problemi ta' saħħa mentali u ħafna drabi jċemplu biex fl-aħħar tal-ġurnata isibu ftit wens. 

Bil-wisq akbar imma, u sfortunatament kien l-abbuż. Fil-fatt kienu kważi 3,300, it-telefonati ta' nies li ma kinux ġenwini u li ċemplu biex jgħaddu biż-żmien lil min ikun qed jistenna biex jagħti l-għajnuna. B'kollox saru 10,262 li kienu ġenwini matul l-2015 biss. 

Farrugia ta' din ir-risposta għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Etienne grech. 

More in Socjali