Għal bejgħ: Verġni ta' 12-il sena...€11,300

....u mara b'żewġt itfal żgħar qed tinbiegħ għal €3,350

Waħda minn nisa li l-IS qed ibiegħu
Waħda minn nisa li l-IS qed ibiegħu

"Verġni, sabiħa, għandha 12-il sena u qed tinbiegħ għal $12,500 (€11,500)." Dan kien ir-rilklam li qajjem furur fid-dinja hekk kif il-bejgħ u l-iskjavitù issa saħansitra spiċċaw fuq il-mowbajl.

Kien fl-aħħar siegħat li inkixfet realtà mill-aktar kerha ta' skjavitù u abbuż sfrenat li għaddej mill-Istat Iżlamiku (IS) fuq numru ta' nisa. Diskussjoni fuq Whatsapp li ġiet żvelata ftit siegħat ilu mill-ġurnalisti tal-Associated Press u li saret fit-22 ta' Mejju 2016 tikxef lil militant tal-IS jibgħat messaġġ illi fih jgħid li mara partikolari "trid lil sidha ibiegħa". Dan ir-raġel (membru tal-IS ukoll) qed jitlob ftit inqas minn €3,350 għal din il-mara flimkien ma' żewġt'itfal tagħha, waħda ta' seba' xhur u oħra ta' tliet snin. 

Huwa mifhum li l-Istat Iżlamiku qed iżomm madwar 3,000 mara bħala ostaġġ li jkunu mibjugħin bħala skjavi tas-sess. Dawn in-nisa jduru minn sid għall-ieħor u ma jitħallewx jitliqu mill-fruntiera taż-żona fejn l-Istat Iżlamiku qed jiddomina. 

Fost in-nisa li l-Associated Press tkellmet magħhom kien hemm Lamiya Aji Bashar li ppruvat taħrab minn taħt idejn l-għadu xejn inqas minn erba' darbiet, sakemm għaddiet minn traġedja ta' splużjoni f'minjiera li ħallietha bi ħruq gravi f'wiċċha. 

Intant kelliem għall-Whatsapp Matt Steinfield meta ikkuntattjat dwar l-istorja qal illi "aħna għandna tolleranza żero għal dan it-tip ta' atteġġjament u nwaqqfu kull kont meta jkollna evidenza ċara li t-termini ta' Whatsapp qed jiġu miksurin." Huwa inkoraġixxa lil dawk kollha li jużaw Whatsapp biex jirraortaw dan it-tip ta' abbuż. 

Intant huwa mifhum li ħafna nisa li qed jintużaw bħala skjavi tas-sess huma nisa Yazidi li għal bosta Sunni estremisti huma meqjusin bħala "bilkemm umani."  L-Istat Iżlamiku ħalef li fid-dawl tat-telf li qed jagħeml fit-territorju jibqa' jżomm taħt ponn tal-ħadid nies Yazidi għall-użu u l-isfruttament tagħhom. 

More in Socjali