'Il-ġustizzja mhux se ġġibli lil Eleanor lura'

Is-sieħeb ta' Eleanor Mangion Walker, Rikki Pace, jirċievi bosta messaġġi ta' kondoljanzi u appoġġ 

Eleanor Mangion Walker  ma' Rikky Pace
Eleanor Mangion Walker ma' Rikky Pace

Il-mewt ta' Eleanor Mangion Walker ġabet mhux biss ħafna mistoqsijiet, imma ħafna weġgħat ukoll. Fil-fatt apparti r-rabja ta' bosta, kienu ħafna wkoll dawk li ħallew messaġġi ta' kondoljanzi u appoġġ lis-sieħeb ta' Mangion Walker, Rikky Pace. 

Il-paġna tal-Facebook tiegħu mtliet b'messaġġi ta' appoġġ lil Pace, fosthom b'kumment partikolari jgħid li il-ġustizzja għad trid issir ma' min wassal għall-mewt tat-tfajla. Pace iżda qal li "l-ġustizzja mhux se ġġibblhieli lura." Għalkemm irringrazzja lil dawk kollha li ħallewlu kummenti, Pace ma deherx vendikattiv fil-kummenti tiegħu lejn l-allegat agressur tal-maħbuba tiegħu u kien rassanjat  li jgħix bil-vojt li ħalliet. 

Fl-aħħar sigħat kompliet tiżviluppa s-sitwazzjoni rigward dan l-omiċidju bil-Pulizija ssib il-vann li fih inġarret Eleanor qabel ġisimha tpoġġa fil-maħżen. Ara iktar hawnhekk.

More in Socjali