Malta kienet ir-raba' l-iktar pajjiż minn fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li l-iktar irreġistra żieda fil-popolazzjoni tiegħu. Fil-fatt, b'żieda ta' 11.7%, fil-popolazzjoni matul l-2015, Malta kienet fir-raba' post wara l-Lussemburgu, b'żieda ta' 23.3% l-Awstrija b'14.4% u l-Ġermanja bi 11.8% żieda.
Dan joħroġ minn statistika tal-Eurostat dwar il-popolazzjoni Ewropea tul l-2015. Il-pajjiż li ra l-ikbar tnaqqis fil-popolazzjoni tiegħu kien il-Litwanja, bi tnaqqis ta' 11.3%.
Il-pajjiżi bl-akbar popolazzjoni fl-Ewropa huma l-Ġermanja, Franza, l-Ingilterra u l-Italja, li flimkien jammontaw għal iktar min-nofs il-popolazzjoni kollha tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.