l-Assoċċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA), organizzat ikla b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation fil-Palazz Verdala ilbieraħ filgħaxija.
Għal din l-ikla attendew ‘il fuq minn 650 persuna li bejniethom ġabru somma ta’ €46,350 li l-MDA ppreżentat lill-Bord tal-Amministraturi tal-Malta Community Chest Fund Foundation.
Il-Bord tal-Amministraturi tal-Malta Community Chest Fund Foundation, taħt it-tmexxija tas-Sur John Camilleri, urew l-apprezzament tagħhom lis-Sur Sandro Chetcuti, President tal-MDA, li għal darb’oħra ħa ħsieb li jorganizza serata mill-isbaħ biex l-MDA tkompli tagħti l-kontribut tagħha b’risq il-Maltin u Għawdxin fil-bżonn.
Għal din l-ikla attendew l-Eċċellenza Tagħha, Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta u s-Sur Preca, l-Onorevoli Deborah Schembri, Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u simplifikazzjoni tal-proċessi amministrattivi, u l-Onorevoli Marthese Portelli, ‘Shadow Minister’ għall-ambjent, enerġija u trasport.