Il-Kunsill isebbaħ….il-Poplu jaħraq

Vandaliżmu fuq imwejjed tal-picnic li għadhom kif sar fuqhom manutenzjoni

Għadhom lanqas għaddew tliet ġimgħat li tlesta x-xogħol ta' manutenzzjoni fuq dawn il-picnic tables li qegħdin fuq is-simenta fil-bajja tal-Għadira u m'hemmx bank wieħed li hu wieħed li mhux mahruq.

L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Mellieha għaddejjin b'ħidma kontinwa sabiex dejjem isir xogħol ta' tisbieħ u aktar kumdità għal dawk li jiffrekwentaw iż-żona u nies irresponsabbli jagħmlu dawn l-atti. X'jieħu bniedem bil-vendikazzjoni? Meta se nitgħallmu?

More in Socjali