Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, din is-sena t-turiżmu żdied b'10.1 % meta kkumparat ma l-istess perjodu fis-sena li għaddiet.
Infatti, Malta rat, 164,929 viżitaturi li ġew fuq vaganza, filwaqt li n-numru ta' dawk li żaru pajjiżna fuq xogħol kien ta' 13,072.
it-Turiżmu ġġenerat minn pajjiżi tal-UE tela' b'9.4%, għal-166,426 meta kkumparat ma l-istess żmien fl-2015. L'età medja tal-aktar turisti li żaru Malta kienet bejn il-25 u l-64 sena, li juri għal darb'oħra li Malta għada mhix destinazzjoni preferita maż-żgħażagħ taħt -il 25 sena.
Żdied ukoll b' 9.8% in-numru ta' turisti li gew Malta fuq cruise, b'190,586 viżitatur din is-sena, kkomparati ma l-173,589 li żaru pajjiżna bħal daż-żmien sena.
Din is-sena biss, bejn Jannar u Mejju, kien hemm żieda ta' 10.7%, b'total ta' 636,812 turisti jżuru Malta, li b'kollox ammontaw għall- 4.4 miljum lejl imqatta' f'pajjiżna.
L-infieq totali ġġenerat minn dan l-ammont ta' tursiti huwa stmat li laħaq l- €486.9 miljun, b'żieda ta' 6.4% ikkumparat ma l-2015.