'Qed insiru bħal ta' qabilna' - Kunsillier Laburist
Ray Azzopardi, kunsillier laburista tal-belt jilmenta li qed jinbnew strutturi u l-kunsill mhux infurmat
More in Socjali
Ray Azzopardi, kunsillier laburista tal-belt jilmenta li qed jinbnew strutturi u l-kunsill mhux infurmat
Ray Azzopardi, il-kunsillier laburista Belti, fuq il-facebook tiegħu ħareġ jarttakka l-awtoritajiet minħabba struttura li twaħħlet fil-lejl tal-bieraħ mingħajr mal-kunsill tal-Belt ma ġie konsultat. Il-kunsillier Laburista filwaqt li staqsa jekk l-awtroita tat-trasport u l-MEPA jafux bli struttura xtaq ikun jaf min ħa d-deċiżjoni u kiteb 'li qed insiru bħal ta' qabilna' u wara kiteb li l-awtoritajiet qed jiġu jitnejku mir-residenti u mill-Kunsill. Fl-aħħar temm li jittama li min għandu l-poter ineħħi din l-istruttura llum stess filwaqt li hedded li jekk ma jsirx hekk ma jibqax jagħti l-fiduċja tiegħu f'min għandu l-poter, 'Issa Ġbajt'.